Il-paġna ta’ Facebook tal-Bank of Valletta ħabbret l-għeluq temporanju tal-fergħa taż-Żurrieq mil-lum l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru. Huma ħabbru wkoll li l-fergħat tagħhom tal-Gzira u tal-Marsa reġgħu jinsabu miftuħa.
“Il-Fergħat tal-Gżira u tal-Marsa ngħalqu temporanjament wara li partijiet terzi rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Il-Bank ingaġġa speċjalista fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet biex jiddiżinfetta l-fergħat u wara konferma mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li l-fergħat issa huma siguri biex jerġgħu jinfetħu,” qalu id-dikjarazzjoni.
“Il-fergħa taż-Żurrieq se tingħalaq temporanjament sa avviż ieħor peress li membru tal-istaff ittestja pożittiv għall-Covid-19. Is-servizzi tal-ATM se joperaw b’mod normali waqt li l-faċilità Night Safe ma tkunx disponibbli sakemm joħroġ avviż ieħor,” huma ħabbru.
Il-fergħa tkun sanitizzata sewwa u terġa’ tinfetaħ ladarba jkun aċċertat li kollox jista’ jirritorna għan-normal. L-Awtorità tas-Saħħa se tikkuntattja lil dawk l-individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju bħala parti mill-protokoll ta’ traċċar tal-kuntatti tagħhom.
Qabel ma żżur kwalunkwe Fergħa tal-BOV, il-bank qed iħeġġeġ lill-lokal biex jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta.