“Il-Ferħ U L-Kurżità Tiegħek Jagħmluk Tassew Speċjali” – Victorio Gauci B’messaġġ Għal Ibnu F’Għeluq It-12-Il sena

Il-kantant Malti Victorio Gauci qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali b’dedikazzjoni speċjali lil ibnu Giuseppe, li qed jiċċelebra t-12-il sena tiegħu.

Fi kliem mimli affezzjoni u emozzjoni, Victorio ddeskriva lil Giuseppe bħala tifel li jġib ferħ kbir fil-ħajja tagħhom, b’personalità vivaċi, enerġija pożittiva u ftit ċajt li dejjem iżomm lil kulħadd fuq saqajh. Huwa semma wkoll il-kurżità naturali ta’ ibnu u x-xewqa tiegħu li jipprova affarijiet ġodda – kwalitajiet li skontu, jagħmluh tassew speċjali.



Il-kantant esprima x-xewqa tiegħu li Giuseppe jkompli jżomm dawn il-karatteristiċi sbieħ hekk kif ikompli jikber, filwaqt li bil-mod il-mod jimmatura f’persuna li tifhem x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Victorio assigura li hu u l-familja dejjem se jkunu hemm biex jiggwidawh u jappoġġjawh f’kull pass tal-vjaġġ tiegħu.



“Minn qalbna, inħobbuk aktar milli nistgħu nesprimu bil-kliem — u din l-imħabba tkompli tikber kuljum,” temm Victorio fil-messaġġ tiegħu, li mess il-qlub ta’ ħafna segwaċi.

Messaġġ sempliċi iżda qawwi li jfakkarna fis-sbuħija tar-rabta bejn il-ġenituri u wliedhom.



Ritratti:

Facebook/ Victorio Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI