Għat-tielet darba fl-istorja tiegħu, il-festival tal-Earth Garden se jkun qed jaħbat ma’ elezzjoni minkejja l-isforzi kollha li saru min-naħa tal-organizzaturi sabiex dan appuntu ma jseħħx.
Apparti din id-darba, il-festival tal-Earth Garden kien ħabat mal-elezzjoni lura f’Ġunju tal-2024 meta kienet qed isseħħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll fl-2017 meta kienet qed isseħħ elezzjoni ġenerali f’pajjiżna.
L-organizzatur ta’ dan il-festival, Howard Keith Debono, tkellem fuq il-midja soċjali dwar dan fejn stqarr li fil-bidu s-sitwazzjoni kienet waħda frustranti iżda jisħaq li llum il-ġurnata għarfu jħarsu lejha minn lenti iżjed umoristika.
“Tal-anqas iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti mhuwiex qiegħed f’Ta’ Qali,” temm jikteb Howard fuq nota ċajtiera.
Facebook / Earth Garden u Pexels