Xi rapporti internazzjonali qed jindikaw li l-Ġermanja jaf tagħżel li tibbojkottja t-Tazza tad-Dinja li mistennija sseħħ fil-bidu tas-sajf li ġej f’għadd ta’ bliet fl-Amerka, fil-Messiku u fil-Kanada.
Dan minħabba t-tensjonijiet li jeżistu bħalissa bejn l-Ewropa u l-Amerka wara li l-President Trump esprima l-intenzjoni li jakkwista l-gżira ta’ Greenland, anke jekk stess dan jirrikjedi l-użu tal-militar.
Uffiċjali Ġermaniżi sostnew li qed jieħdu dan l-attaġjament bil-għan li jwasslu lill-gvern Amerikan sabiex ineħħi għajnejh minn fuq il-gżira u ma jatwax dak li ilu għal dawn l-aħħar xhur jhedded li se jwettaq.
Min-naħa tagħha l-Ġermanja ilha tieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja mill-1934 u ħlief f’żewġ okkażjonijiet differenti l-pajjiż dejjem ħa sehem f’dan il-kampjonat li tant jattira attenzjoni minn madwar id-dinja.
Facebook / Germany Football Team u X / S M Arefin Hossain