Il-Gran Defilé Fi Triq Sant’Anna, Il-Furjana U L-Programm Fi Pjazza San Ġorġ Huma Kkanċellati – Il-Karnival Ta’ Malta

Fuq il-mezzi soċjali tal-Karnival ta’ Malta ġie mħabbar li l-Gran defilé u l-programm ta’ Pjazza San Ġorġ ġew ikkanċellati!



Huma kitbu, “B’konsultazzjoni mal-awtoritajiet ċivili minhabba s-sitwazjoni tat-temp preżenti, Festivals Malta tħabbar li l-Gran defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana u l-programm fi Pjazza San Ġorġ huma kkanċellati.”



Huma jħabbru, “Il-karrijiet ser jibqgħu pparkjatti fil-Foss ta’ San Ġakbu sa xi d-9.30 ta’ billejl meta r-riħ għandu jbatti u b’hekk il-karrijiet jibdew it-triq lura fl-imħażen. Grazzi tal-koperazzjoni.”

Żgur li ħasra għal dawk li ħadmu tant b’ħerqa biex ittellgħu spettaklu mill-isbaħ!



Ritratti:

Facebook / Il-Karnival Ta’ Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI