“Il-Ħajja Ta’ Artiġjan Mhix Faċli” – Wara S-Serqa, Captan’s Cut Issa Mingħajr Elettriku

Captain’s Cut kitbu dwar l-isfidi li qed jaffaċċjaw bħalissa, hekk kif ġimagħtejn biss wara li spiċċaw vittma ta’ serqa, issa qed ikollhom jaffaċċjaw problema oħra minħabba nuqqas ta’ provvista tal-elettriku. Minkejja l-frustrazzjoni, ix-xogħol tagħhom baqa’ għaddej grazzi għal generator li kienu investew fih biex ikunu jistgħu jkomplu bil-produzzjoni anke f’ċirkostanzi bħal dawn.

“Il-ħajja ta’ artiġjan u imprenditur mhix maħsuba biex tkun faċli. Għalkemm huwa frustranti ħafna li taħdem b’infrastruttura nazzjonali daqshekk batuta, konna investejna f’generator li qed jgħinna nkomplu bil-produzzjoni,” kitbu Captain’s Cut. Huma rringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li japprezzaw il-kwalità tal-prodotti li qed jinħadmu lokalment u li, permezz tal-ordnijiet tagħhom, qed jgħinu biex din it-tradizzjoni tibqa’ ħajja.

“Grazzi lil dawk li jaraw il-kwalità tal-prodotti li qed nagħmlu hawn Malta u jibqgħu jagħmlu l-ordnijiet tagħhom biex jgħinuna nsostnu din it-tradizzjoni,” temmew jgħidu.

Ritratti:

Facebook / Captain’s Cut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI