Tħabbret il-mewt ta’ Carmel Damato, magħruf ma’ ħafna bħala Karmenu tal-Maċis, li ħalla din id-dinja proprju llum, 14 ta’ Settembru.
Il-pirotekniċi fi ħdan il-Mount Carmel Fireworks Factory taż-Żurrieq sellmu l-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali. Huma ddeskrivew lil Karmenu bħala wieħed mill-pijunieri tagħhom u rringrazzjawh għall-kontribut tiegħu matul is-snin.
“Grazzi Karmenu. Kont wieħed mill-pijunieri tagħna. Il-Madonna tilqgħek fi ħdanha,” kitbu huma.
Kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb tiegħu f’dan il-mument tant diffiċli. Strieħ fis-sliem, Karmenu.
Facebook/ Mount Carmel Fireworks Factory Żurrieq – Official