“Il-Klieb Li Jgħixu Fit-Toroq Ta’ Sqallija Qed Ibatu L-Kesħa U L-Ġuħ… Hemm Bżonn Urġenti Tal-Ikel” – Moira Delia

L-attivista tal-annimali Moira Delia sostniet li s-sitwazzjoni preżenti ta’ klieb abbandunati fit-toroq ta’ Sqallija kulma jmur qed issir waħda iżjed prekarja.

Issemmi kif il-klieb li jgħixu fit-toroq ta’ Sqallija qed ikollhom isofru l-kesħa u jaffaċjaw il-perikli kollha li temp bħal dan iġib miegħu.

Tisħaq li hemm bżonn urġenti ta’ ikel għal dawn il-klieb u għalhekk tappella lil kull min jista’ sabiex jagħti l-kontribut tiegħu.

Moira tispjega li kull min huwa interessat li jgħin jista’ jmur f’ħanut lokali li jbigħ l-ikel tal-annimali, jixtri l-ikel u mbagħad l-attivista offriet li tiġbor l-ikel hi stess sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikun jista’ jintbagħat lejn Sqallija.







Ritratti:

Facebook / Moira Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI