Fuq Tokis, bdiet tixxandar is-sensiela ġdida Il-Kliem Moħbi, produzzjoni li tidħol fid-dinja mudlama tal-verità moħbija, il-ġustizzja manipulata u sigrieti li kulħadd jipprova jżomm magħluqa.
Kif jindika l-motto tagħha, “Fid-dinja ta’ Il-Kliem Moħbi, il-verità hija periklu, il-ġustizzja manipulata, u kulħadd għandu xi ħaġa x’jaħbi…”, is-sensiela twiegħed narrattiva intensiva, mimlija tensjoni u dawriet mhux mistennija, fejn kull kelma tista’ tkun arma.
Il-Kliem Moħbi qed tixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-21:00, u mistennija tattira lil dawk li jħobbu drammi serji b’elementi ta’ misteru u psikoloġija, f’format kontemporanju Malti li jżommok imdendel minn episodju għal ieħor.
Facebook / Kliem Moħbi