Il-Komiku Lokali Joe Demicoli Jiċċelebra Għeluq Sninu – Kemm Taħsbu Li Għalaq?

Illum huwa jum speċjali għall-kantant, attur u mużiċist Joe Demicoli, li qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled fl-4 ta’ Marzu 1963, u llum jagħlaq 61 sena.

Joe huwa magħruf għall-ispirtu pożittiv u l-enerġija li dejjem iġib miegħu f’kull ma jagħmel. Kemm jekk permezz tal-kanzunetti tiegħu, li spiss jagħtu togħma umoristika lill-mużika Maltija, jew permezz tal-albums memorabbli tiegħu bħall-ikoniku Kemmuna Airways, li għamel suċċess kbir aktar minn 20 sena ilu.





Minbarra l-mużika, Joe jorganizza avvenimenti li jferħu lill-oħrajn, speċjalment lill-anzjani, u ta’ spiss isiefer biex jagħti wirjiet lill-emigranti Maltin.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jqatta’ dan il-jum speċjali mal-għeżież tiegħu, martu Sonya u t-tifla Sandy.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI