Il-Kor Tagħha Jiċċelebra Jum Speċjali Għad-Direttriċi Romina Vella

Il-kantanta lokali Romina Vella, li nafuha mill-kor tat-tfal li tidderieġi, tagħlaq sninha llum. Romina tmexxi kor li fih għadha tilqa' minn tfal żgħar ta' 5 snin sa adoloxxenti.

Fuq il-paġna tagħhom, il-membri tal-kor mhux biss awgurawlha, iżda ħadu wkoll l-opportunità biex jirringrazzjawha għal dak kollu li tagħmel magħhom. Huma saħqu, kemm japprezzaw il-ħidma tagħha, u b’hekk urewha li d-dedikazzjoni tagħha mhijiex meħuda bħala xi ħaġa mingħajr valur.

Dan hu messaġġ sempliċi iżda mimli sinifikat, li jfakkar kemm hu sabiħ li persuna tirċievi lura ftit mill-apprezzament li tant jixirqilha għax kultant, l-isbaħ rigal li tista’ tirċievi huwa li tkun taf li dak li tagħmel huwa apprezzat u jħalli marka f’ħajjet ħaddieħor.

It-Tim ta' Gwida.mt jingħaqad ma’ dan il-kor biex jawgura lil Miss Romina Vella l-isbaħ xewqat u sena mimlija saħħa, ferħ u aktar suċċessi!

Ritratt:

Facebook/Romina’s Vella Choir

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI