L-ispirtu tal-Milied se jerġa’ jingħata leħen permezz tal-immaġinazzjoni u l-kreattività tat-tfal Maltin u Għawdxin, hekk kif tħabbret il-bidu tal-inizjattiva Kartolina Milied 2026.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, it-tfal se jkollhom l-opportunità li jkunu huma stess l-artisti tal-kartolini tal-Milied li jintbagħtu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-mara tal-Prim Ministru saħqet, dwar kemm hu sabiħ li wieħed jisma’ messaġġi diretti u ġenwini mingħand it-tfal, speċjalment meta jaqsmu x’ifisser għalihom il-Milied u liema huma l-valuri li jagħmlu dan iż-żmien tas-sena daqstant speċjali.
Għalhekk, qed isir appell lit-tfal kollha minn Malta u Għawdex biex jieħdu sehem f’din l-inizjattiva u jħallu l-kreattività tagħhom titkellem permezz ta’ tpinġija jew messaġġ mimli ferħ u mħabba. Il-kartolini jistgħu jintbagħtu fuq [email protected].
Għalhekk, l-isbaħ awgurju tal-Milied ma jkunx ġenerlament rigal, iżda dak li joħroġ mill-qalb ta’ tifel jew tifla.
Facebook/Lydia Abela