Il-Malti Steven Levi Vella Bl-Irwol Ta’ Produttur Artistiku Waqt Is-Selezzjoni Ġermaniża Għall-Eurovision!

Steven Levi Vella m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni, hekk kif huwa direttur u produttur artistiku magħruf fil-gżejjer Maltin, hekk kif ħadem ma’ diversi artisti lokali f’diversi festivals u avvenimenti mużikali.

Ftit ilu Steven kien anke produttur artistiku waqt is-selezzjoni Ġermaniża għall-Eurovision. Hu qasam diversi ritratti li juru mumenti waqt din l-esperjenza fejn nistgħu narawh jaħdem bi sħiħ mat-tim involut biex jagħtu l-aqwa servizz.

“Produttur Kreattiv flimkien ma’ Florian Wieder u l-familja inkredibbli Lodge of Levity għas-selezzjoni nazzjonali Ġermaniża għall-Eurovision,” jikteb Steven, waqt li jifraħ lir-rebbieħa Sarah Engels.

Prosit kbira Steven, tassew kburin bik! It-talent lokali verament qed jiġi apprezzat minn madwar id-dinja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI