Għall-okkazjoni ta’ għeluq snin martu Sharon, Mark Spiteri Lucas kiteb messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzjaha tal-imħabba u s-sapport kontinwu tagħha.
“Today we celebrate YOU,” beda l-messaġġ tiegħu, filwaqt li ddeskriva lil martu bħala l-blata tal-familja u “l-mara li serqitli qalbi”. Mark irringrazzjaha wkoll talli hi mara u omm mill-isbaħ, kif ukoll tal-imħabba li dejjem turihom. "Inħobbok ħafna," żied jgħid.
Il-messaġġ kien f’isem Mark u binthom Greta, u ntemm bi kliem sempliċi iżda li jfisser ħafna: “Happy Birthday my love.”
Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Sharon l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook/ Mark Spiter Lucas