“Il-Materjaliżmu Jneżżak Mill-Abiltà Li Tapprezza L-Affarijiet Iż-Żgħar, Hekk Ma Iżżomx Kontroll Fuqu” – Steve Compagno

Steve Compagno qajjem punt li forsi llum il-ġurnata forsi ħafna nies ma jaħsbux, “F’ħajti kien hemm min qalli li nifraħ u nitpaxxa b’dak li hu ovvju. Però jien tini nitpaxxa lejn il-vini ta’ werqa, inħares lejn siġra u naraha bħala ekosistema kumplikata, aktar milli sempliċiment siġra.”

Hu jkompli jżid, “B’ħarsa waħda jgħaddu mitt elf ħsieb f’daqqa: min jaf min ħawwilha snin ilu, min jaf min saqqieha għal snin sħaħ, min jaf kemm il-ħlejqa sabet refuġju fiha, min jaf lil min rat jiġġieled u jinnamra taħtha. Min jaf kemm-il sigriet semghet. Kull ħaġa għandha storja.”

Compagno jgħid, “Nippreferi nara l-kumplessità f’ħaġa sempliċi hekk milli x-xinxilli ta’ lussu u materjaliżmu. Inħossni aktar sinjur milli naqla xi oġġett lussuż u branded. Il-materjaliżmu ineżżak mill-abiltà li tapprezza l-affarijiet iż-żgħar, hekk ma iżżomx kontroll fuqu.”

Fl-aħħar jagħlaq bil-ħsieb, “Mill-ħafna siġar ġewwa Howard Garden fir-Rabat, ħarsti innamrat ma’ din is-sbuħija ta’ siġra. Ħadtilha ftit ritratti però nassigurakom li hi ferm isbaħ meta tapprezzaha b’għajnejk. Nixtieq ngħid grazzi lil min ħawwilha snin u snin ilu. Ingawdu l-legat li ħallejt.”





Facebook / Steve Compagno



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI