Il-Papa Franġisku Taf Ħa Jżur Malta Lejn L-Aħħar Ta' Novembru!

Iż-żjara li kellu jagħmel il-Papa Franġisku xi xhur ilu tħassret minħabba l-imxija tal-Covid-19 iżda s-sit lokali MaltaToday dalgħodu rrapporta li skont sorsi li tkellmu magħhom, hemm ċans li l-Papa jiġi f’pajjiżna f’Novembru.

Għadhom ma ġews ikkonfermati d-dati ta’ din iż-żjara iżda l-gvern Ċiprijott ikkonferma li ż-żjara ġewwa Ċipru ħa ssir fit-2 u 3 ta’ Diċembru. Il-kelliem tal-Vatikan ma kkonfermax din l-aħbar. Għad irid jiġi stabbilit jekk iż-żjara f’pajjiżna hux ħa tkun parti mill-vjaġġ li l-Papa mistenni jagħmel lejn Ċipru.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI