Il-Preżentatur Dorian Cassar U Żewġu Paul Jagħlqu 11-il Sena Flimkien

Il-preżentatur lokali Dorian Cassar u r-raġel tiegħu Paul Camilleri jiċċelebraw ħdax-il sena flimkien.  Bħal-lum ir-relazzjoni tagħhom kienet bdiet tifjorixxi, u maż–żmien il-vjaġġ ta’ mħabba tagħhom kompla għaddej. Tliet snin ilu, Dorian u Paul taw kelma lil xulxin.





F’dan il-jum, Paul qasam ritratt tiegħu flimkien ma’ Dorian bil-kliem, “11-il sena flimkien.” Tul dawn il-ħdax-il sena żgur li għandhom diversi mumenti sbieħ li mhu ħa jinsew qatt, kif ukoll mumenti oħra, iktar diffiċli, li kienu ta’ spalla għal xulxin.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Dorian u lil Paul l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollhom aktar u aktar snin ta’ mħabba, leatà, saħħa u kuntentizza flimkien. 

Awguri mill-qalb!



Facebook/ Paul Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI