“Il-Preżenza Tiegħu Toffri Sigurtà U Protezzjoni… Illum Niċċelebraw Lilek Missier” – Il-Preżentatriċi Stephanie Chircop

Stephanie Chircop

Il-preżentatriċi Stephanie Chircop kitbet messaġġ mill-qalb għal persuna għażiża f’ħajjitha, li sabitha f’kull mument f’ħajjitha – l-għażiż missierha.

“Il-missier huwa l-ewwel imħabba ta’ bint. Il-preżenza tiegħu toffri sigurtà u protezzjoni, u ma’ dan tiġi l-kunfidenza. Il-ħajja għandha mod uniku ħafna kif tgħallmek.”

Stephanie tħobb, “Forsi mhux dejjem naraw is-sbuħija tal-esperjenzi li ngħaddu minnhom, imma maż-żmien tagħtik it-tweġibiet kollha. Illum, huwa dwar iċ-ċelebrazzjoni tiegħek Papà.”

Tinsab tassew grata lejh li sabitu dejjem ta’ appoġġ u gwida f’ħajjitha. “Ninsab kburija ħafna li nsejjaħlek Papà u nħobbok ħafna. Awguri fit-73 sena tiegħek Papà.”

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI