Fid-diskors ta’ kull nhar ta’ Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li n-nanna tiegħu Lukarda ħarġet pożittiva għall-Covid-19. In-nanna tal-Prim Ministru tiċċelebra għeluq sninha l-ġimgħa d-dieħla. Hi għandha 90 sena u jekk il-Bambin irrid tiċċelebra l-għeluq il-91 sena proprju nhar il-Ġimgħa li ġej.
Aħna nittamaw li Lukarda tinsab mhux ħażin u tegħleb il-virus tal-Covid-19. Ċertament li din hi weġgħa ta’ qalb għall-familja Abela, bħal ma hi weġgħa ta’ qalb għal dawk kollha li għandhom familjari anzjani li qed jiġġieldu dan il-virus.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddulha l-awguri tagħna għall-fejqan ta’ malajr.