Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar donazzjoni ġeneruża mmens b’risq Puttinu Cares.
Ilbieraħ hu ħabbar €50,000 bħala donazzjoni minħabba li l-mixja b’risq Puttinu kienet tħassret. Illum qed isseħħ maratona bil-għan li tinġabar somma sabiħa li se tgħin diversi persuni li jiddependu minn Puttinu Cares, u waqt din il-maratona, il-Prim Ministru ħabbar €50,000 oħra bħala donazzjoni.
Dawn iż-żewġ donazzjonijiet it-tnejn se jkunu qed joħorġu mill-Fond għall-Kawżi Soċjali.
Nirringrazzjawh mill-qalb għal dan il-ġest nobbli. Bla dubju li din is-somma flus se tkun tfisser id-dinja għal diversi tfal u familji għaddejjin minn perjodi diffiċli ta’ mard. Tassew napprezzaw lil Puttinu Cares tal-appoġġ li joffru f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Facebook / Puttinu Cares