Premju mistħoq ferm. L-akkademja tal-Malti ħabbret, “Il-Professur Manwel Mifsud huwa r-rebbieħ tal-midalja tad-deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għal din is-sena. L-investitura saret f’Jum l-Akkademja tal-Malti nhar l-14 ta’ Novembru mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, il-President ta’ Malta, waqt serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton.”
Huma komplew jiktbu, “Fost il-mistednin kien hemm l-imsieħba tal-Akkademja kif ukoll qraba u ħbieb tal-Professur Mifsud. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti u għal-letteratura Maltija…”
Il-kantawtriċi Corazon kienet mistiedna sabiex tanima s-serata bi ftit mużika Maltija. F’isem Gwida.mt, nawgura lill-Professur Manwel Mifsud.