“Il-Protezzjoni Ċivili Ta’ Malta Ġiet Imwissija Dwar Ħabta… Bħalissa Jinsabu Fuq Il-Post Biex Jimmonitorjaw U Jassistu” – Civil Protection Malta

LPG

Dalgħodu, ftit wara s-07:30 ta’ filgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) ġie infurmat dwar inċident tat-traffiku li seħħ fil-Mellieħa, li fih kien involut trakk tal-LPG u li spiċċa nqaleb.

Minħabba n-natura sensittiva tal-inċident, għaddejja operazzjoni delikata u li mistennija tieħu ħin konsiderevoli.

Fuq il-post hemm preżenti timijiet tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjonijiet 1, 3 u 10, li qed jissorveljaw is-sitwazzjoni u jipprovdu l-assistenza meħtieġa.

L-operazzjoni tinkludi t-trasferiment sigur tal-LPG mit-trakk maqlub għal tanker ieħor li nġieb apposta fuq il-post.

Fl-operazzjoni qed jieħdu sehem madwar 15-il pompier, megħjuna minn ħames vetturi tat-tifi tan-nar u żewġ uffiċjali.

Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jevita ż-żona u josserva l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI