Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Civil Protection Malta tkellmu dwar operazzjoni llum wara tifi ta’ nar fiż-żona ta’ Gelmus f’Għawdex
Huma qalu, “Aktar kmieni llum, il-pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minn Fire Station 6 irrispondew għal nar estensiv fil-ħaxix fiż-żona ta’ Ta’ Gelmus, ir-Rabat, Għawdex. It-timijiet tagħna ħadmu b’ħeffa u effiċjenza sabiex jikkontrollaw u jitfu n-nirien, u b’hekk evitaw li n-nar jinfirex aktar u żguraw is-sigurtà taż-żoni fil-viċin.”
Żiedu, “Fortunatament, ma weġġa’ ħadd. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-għajnuna u s-sostenn tagħhom matul dan l-inċident. Infakkru lill-pubbliku sabiex jibqa’ viġilanti, speċjalment matul il-perjodi ta’ sħana u nixfa, u biex jirrapurtaw minnufih kwalunkwe sinjal ta’ nar billi jċemplu n-numru tal-emerġenza 112.”
Prosit u grazzi lil dawk kollha involuti!