Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Gordon Bonello qasam messaġġ mas-segwaċi tiegħu dedikat lil missieru li sfortunatament m’għadux magħna. Għadda wkoll messaġġ importanti lil dawk kollha li forsi ma japprezzawx biżejjed li missierhom għadu magħna.
Hu qal, “Kemm hu sabiħ u prezzjuż li jkollok lil missierek għadu ħaj ... kemm hu sabiħ li tista' tmur fuqu, tgħannqu, tgħidlu kemm tħobbu u tirringrazzjah ta' kollox. Jew tal-inqas, taqbad it-telefon u tisma ftit leħnu.”
Żied, “Kultant ninduna li hawn wisq nies li jieħduha forgranted li missierhom qiegħed hemm... li jistgħu jkellmuh, jgħannquh u jbussuh meta jridu. Ma jafux kemm huma xxurtjati. Nimmisjak wisq, Pa... grazzi mill-qalb talli ħabbejtna u tajtna kollox. U jekk qed taqra dan il-messaġġ, għadek ma kellemtx lil missierek illum ... ċempillu ftit ... Kemm nixtieq li nista' nagħmel l-istess!”
Gordon Bonello