Permezz ta’ avviż uffiċjali fuq il-paġna tagħhom, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta ħabbru li bħalissa id-dipartiment tagħhom qiegħed jirrispondi għal nar industrijali f’Ħad-Dingli.
Huma spjegaw, “Il-pubbliku huwa mwissi jevita` dawn l-inħawi għas-sigurta` tagħhom u minħabba l-operazzjonijiet ta’ emerġenza li qed iseħħu bħalissa. Residenti f’lokalitajiet fil-qrib, bħala Dingli u Rabat, huma avżati jżommu l-bibien u t-twieqi tagħhom magħluqin bħala prekawzjoni mid-duħħan.”
Komplew jgħidu li iktar aġġornamenti se jingħataw fuq il-paġni uffiċjali tagħhom.
Nirringrazzjaw lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta li bħalissa qegħdin ipoġġu ħajjithom fil-periklu biex jipproteġu lill-pubbliku. Nitolbu li kollox ma jdumx ma jgħaddi b’wiċċ il-ġid u nfakkrukom timxu mal-istruzzjonijiet li jingħataw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Facebook / Civil Protection Malta