“Irridu Nuru L-Gratitudni Tagħna!” – Il-Ġenituri Tat-Tifla Pollakka Jiktbu Ittra Ta’ Ringrazzjament Lil Malta

Dalgħodu s-sit Lovin Malta żvela ittra li l-ġenituri tal-mibkija Olivia Wojnowska bagħtu lill-Prim Ministru fejn fiha wrew l-apprezzament tagħhom lejn pajjiżna għall-għajnuna li ngħataw f’mument ferm diffiċli f’ħajjithom meta tilfu lil binthom.

Dan hekk kif sfortunatament madwar xahrejn ilu binthom Olivia li kien għad kellha biss 13-il sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgawdi btala f’pajjiżna wara li tkaxkret mill-mewġ qalil li kien qed jaħkem fiċ-Ċirkewwa.

Fl-ittra, il-ġenituri Konrad u Barbara, esprimew bħala familja l-apprezzament tagħhom lejn il-ħidma li wettaq pajjiżna sabiex jara li ma jkunux waħedhom u jingħataw l-għajnuna kollha possibbli fi żmien ferm iebes għalihom.

Din hija l-ittra li l-ġenituri ta’ Olivia Wojnowska kitbu lill-Prim Ministru ta’ Malta:

Għażiż Prim Ministru,

Qed niktbulek b’sens profond ta’ gratitundi lejn is-sapport li urejtuna f’dan iż-żmien diffiċli ferm hekk kif tlifna lil bintna Oliwia.

Il-kompassjoni u d-deċiżjonijiet li ħadtu għenuna nibqgħu b’saħħitna anke fi żmien fejn kollox deher mudlam.

Bħala familja, ninsabu grati ferm għas-sapport u l-għajnuna li inti u t-tim tiegħek tajtu. Verament napprezzaw l-impenn tiegħek sabiex tiżgura li bħala familja ma naffaċjawx dan l-għawġ waħedna. Grazzi għal darb’oħra tal-għajnuna u l-attenzjoni tiegħek.

Nawgurawlek għall-futur!







Ritratti:

Instagram / Lovin Malta u Facebook / Charles Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI