“Il-Qalb Tikber… U L-Imħabba Tirdoppja”- Omm Faith Taqsam Mument Emozzjonanti Qabel Twelid It-Tieni Tarbija Tagħha

F’kitba li tmiss il-qalb, omm Faith rrakkontat kif dak iż-żmien kien wieħed mimli sentimenti mħallta. “Dan kien l-aħħar photoshoot tagħna qabel ma daħal Theo fil-familja żgħira tagħna,” kitbet, waqt li fakkret kemm dak il-mument kien prezzjuż għaliha u għal bintha Faith.

L-omm stqarret li dak iż-żmien kienet qed tgħix bi ftit biża’ – biża’ naturali li ħafna ġenituri jħossu meta jkunu qed jistennew it-tieni wild. “Kont nibża’ kif se naqsmu l-imħabba bejn żewġt itfal,” spjegat b’onestà kbira.



Madankollu, iż-żmien wera realtà ferm isbaħ minn dak li kienet timmaġina. Minflok ma l-imħabba naqset jew tinqasam, hija spjegat kif qalbha “kibret” biex tilqa’ aktar. “L-imħabba rdoppjat,” kitbet u dan ippermettilha tħobb lil Faith u lil Theo bl-istess imħabba u dedikazzjoni.



Illum, dak li darba kien biża’, sar wieħed mill-isbaħ esperjenzi tagħha bħala omm. Hi stqarret li l-akbar ferħ tagħha huwa li tara r-relazzjoni bejn uliedha tikber kuljum – rabta sabiħa bejn l-aħwa li qed tinbena fuq imħabba pura u ġenwina. “Li nara dik l-imħabba tinbidel f’rabta sabiħa bejn “binti u ibni… hija kull ma setgħet tixtieq qalbi,” temmet tgħid.



Ritratti:

Facebook/ Up & Up with Faith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI