“Ilbieraħ Kont Fi Spiżerija B’Tabella Li Tippermetti 2 Persuni Biss Ġewwa…Sakemm Qed Ninqeda Daħlu 4 u 5 Oħra” – John Portelli

John Portelli, kittieb prominenti, jiżvela li kien fi spiżerija fil-lokalità ta’ Santa Venera fejn fuq il-bieb hemm tabella li tindika li żewġ persuni biss jistgħu jidħlu. Sakemm dħalt persuna waħda biss kienet hemm allura dħalt fil-ħanut. Sakemm kont qed ninqeda, 4 jew 5 oħra persuni daħlu. Pruvajt niġbed l-attenzjoni ta’ min hu responsabbli iżda r-risposta kienet, “Jien x’nista’ nagħmel?” Jien irrispondejt, “Sempliċi ħafna, għidilhom joqogħdu jistennew barra.” Iżda l-ebda azzjoni ma ttieħdet u r-risposta kienet tbissima li tindika li jien daqsxejn miġnun.

X’taħseb inti fuq din is-sitwazzjoni? Ħallilna l-kummenti tiegħek





Facebook / John Portelli, Ritratt / Pexels



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI