Ilbieraħ kien il-bidu uffiċjali tal-Festival di Sanremo 2026, festival li hu l-qofol tal-mużika Taljana, popolari ħafna fost il-Maltin. Festival fejn naraw mużiċisti kbar u kantanti magħrufa.
Il-prima serata, li ġiet trasmessa fuq Rai 1 u ppreżentata minn Carlo Conti flimkien ma’ Laura Pausini u Can Yaman, kienet mimlija esebizzjonijiet ta’ kuluri mużikali differenti hekk kif it-30 artist f’kompetizzjoni wrew il-kanzunetti tagħhom għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Ariston.
Wara l-voti mis-Sala Stampa, TV u Web, ġew żvelati l-aktar ħames kanzunetti vvotati f’għeluq is-serata, filwaqt li mhux kienu msemmija l-pożizzjonijiet eżatti tagħhom. Dan jagħti stampa ta’ min mar tajjeb skont il-professjonisti qabel ma jkun hemm televoting u żewġ ġuriji oħra fil-ġranet li ġejjin.
L-Ewwel Ħamsa tal-Prima Serata
- Arisa – “Magica Favola”
- Fulminacci – “Stupida Sfortuna”
- Serena Brancale – “Qui con me”
- Ditonellapiaga – “Che fastidio!”
- Fedez & Marco Masini – “Male Necessario”
Sanremo 2026 ikompli llejla u tul din il-ġimgħa, fejn tkompli l-votazzjoni minn ġurija esperta u wkoll minn nies. Għandkom xi favoriti intom u kanzunetti li se tibqgħu tisimgħu?
Facebook / Sanremo 2026