Suċċess Ieħor Għaż-Żeffiena Lokali Ta’ Dancel Dance Studio Ġewwa Londra

Dancel Dance Team

Grupp ta’ 13-il żeffiena minn Dancel Dance Studio għadhom kemm irritornaw minn dance camp intensiv f’Danceworks Londra, fejn għaddew jiem ta’ taħriġ f’diversi dixxiplini fosthom street dance, commercial jazz u musical theatre minn professjonisti magħrufa f’dan il-qasam u li jġorru magħhom snin ta’ esperjenza miġbura mit-teatri tal-Westend f’ Londra.

Kienet esperjenza mill-isbaħ għal Dancel Dance Team taħt it-tmexxija ta’ Celaine Buhagiar fejn matul dawn l-aħħar snin inbniet relazzjoni b’saħħitha ma’ din l-istituzzjoni taż-żfin tant prestiġjuża ġewwa Londra.

Saħansitra grupp ieħor ta’ żeffiena minn Dancel Dance Team se jkun qed jagħmel esperjenza simili ta’ tagħlim ix-xahar li ġej.

Celaine tistqarr li huma proġetti bħal dawn li jkomplu jkabbru l-għarfien, it-teknika u l-passjoni lejn din l-arti performattiva.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI