“Ilbieraħ Waqt MESC 2026, Xi Ġmiel Ta’ Serata!” – Claudia Faniello Rritornat Fuq Il-Palk Tal-Malta Eurovision

Claudia Faniello

Matul iż-żewġ serati tal-Malta Eurovision 2026 rajna diversi personalitajiet, uċuħ familjari, li b’xi mod jew ieħor kienu parti minn dan il-festival. Fosthom rajna preżentaturi u kantanti lokali.

Ilbieraħ waqt il-prestazzjoni ta’ Miriana Conte, rajna anke lill-kantanta Claudia Faniello li kienet parti mill-korjografija għall-kanzunetta Napoletana.

Claudia ċertament ġeddet bosta memorji ġewwa l-MFCC. Hi tikteb, “Ilbieraħ waqt MESC 2026, xi ġmiel ta’ serata! Proset lil kantanti kollha speċjalment lil Aidan Bravissimu, ċerta li ħa tagħmlilna unur.”

Prosit bħal dejjem Claudia!







Ritratti:

Facebook/ Claudia Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI