Illejla se tixxandar is-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika – il-festival tant maħbub minn kulħadd u li jiċċelebra l-mużika Maltija. L-ewwel serata se tibda llejla fid-9pm.
Il-festival se jkun maqsum fuq tlett ijiem. Illejla se jinstemgħu s-16-il kanzunetta li se jkunu qed jikkompetu għall-ewwel darba. Għada ssir is-Serata tal-Klassiċi fejn finalisti se jidwettjaw ma’ kantanti veterani b’diversi kanzunetti klassiċi.
Is-Sibt issir is-serata finali b’mistiedna speċjali. Mużika Muzika se jixxandar fuq TVM, One, FLiving, Smash u Xejk TV.
Facebook / Mużika Mużika