L-awtur Etienne Micallef, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, qasam messaġġ f’għeluq sninu. Hu kiteb, “Illum 20 t’April nagħlaq 49 sena u qalbi mimlija gratitudni. Kien vjaġġ mimli mumenti sbieħ u oħrajn diffiċli ferm, imma kull pass wassalni biex insir min jien illum. Tgħallimt napprezza l-affarijiet żgħar, inħobb aktar fil-fond, u nħares lejn il-ħajja b’għajnejn aktar maturi.”
Hu jżid, “Grazzi lil kull min kien parti minn ħajti – lil min baqa’, lil min għadda, u lil min għadu ġej. Kull wieħed u waħda minnkom ħallejtu jew se tħallu marka fija. Inħares ’il quddiem b’tama, b’kuraġġ u b’qalb miftuħa għal dak kollu li għadu ġej. Għax jekk hemm ħaġa waħda li tgħallimt hija li l-isbaħ kapitli kultant għadhom ma nkitbux.”
Hu jtemm, “49 sena ta’ tifkiriet, tagħlim u mħabba u dan hu biss il-bidu.”
Facebook / Etienne Micallef