Il-paġna lokali Mid-Djajru tat-Timba tgħaddi aġġornament dwar x’temp għandna nistennew għall-aħħar jum tas-sena. Huma jiktbu, “Għamel naqra’ ilma reġa’ u anki ftit storbju wkoll. Erħilu la żmienu. U milli jidher baqalu. Illum bi ħsiebu jwaddab ukoll matul il-jum.”
Il-paġna żżid, “Dalgħodu hemm ċans tajjeb ħafna ta’ xi ħalbiet f’xi nħawi u jistgħu jkunu b’saħħithom bħal ta’ dal-lejl. Bħalissa jberraq qiegħed fil-Punent u mal-ħin qisu miexi ’l hawn u jaf jilħaqna. Ir-riħ fuq ser jissoda wkoll u jiksaħ. Riħ mill-Punent Majjistru ser jiżdied għal Forza 5/6 fejn jaqbel. Naf li l-aħħar tas-sena!”
Il-paġna tgħaddi messaġġ biex dak li jkun ma jixrobx qisu qatt ma xorob u jżidu, “Qallgħu lira lil dawn il-miżibilju ta’ kumpanniji tat-taxis u kunu komdi, kunu bil-għaqal u la tgħalu intkom u anqas tbikku lil ħaddieħor. Pruvajt kemm stajt inżommkom kumpannija tul is-sena, ġieli nkun se ngħolli kollox imma bqajt għaddej. Grazzi tal-fiduċja. Narakom is-sena d-dieħla ħbieb!”