Ixxerja
Illum il-prezentatur Twanny Scerri qed jiċċelebra 45 sena fix-xandir, b’karriera inkredibbli fuq ir-radju u t-televiżjoni. Biex jiċċelebra dan il-jum importanti, hu kiteb post fuq Faceboook dwar dan.
“Illum ġurnata speċjali għalija,” hu kiteb. “Illum nagħlaq 45 sena fix-xandir.” “Leħen il-Ħbiberija, Radju Malta, Calypso Radio, Television Malta, u Xejk TV.”
“Artisti, kantanti, mużika, sport, politika, u teleshopping. Avvenimenti nazzjonali, serati mużikali flimkien. Permezz tax-xandir, kelli kuntatt kontinwu man-nies. Sfidi l-ħin kollu u tant memorji,” hu kompla jgħid. “Mużika u Sport huwa l-aktar programm li ilu jixxandar f’pajjiżna. Rikonoxxut mill-Malta Records. Semmiegħa, familja u grazzi Mulej.”
Ixxerja
Miktub Minn
Bernard Xuereb
Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa’ fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali.
“B’Niket Kbir Inħabbru L-Mewt Ta’ Missierna L-Għażiż, Luciano” – Luciano Restaurant
Bernard Xuereb
Illum
Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħalliena Luciano, r-raġel wara r-restaurant tant maħbub il-Belt Valletta. F’post fuq Facebook, it-tfal tiegħu Anna, Cinzia u Joseph, ħarġu l-aħbar xokkanti. “B’niket kbir inħabbru l-mewt ta’ missierna l-għażiż, Luciano, li ħalliena llum,” huma kitbu. Ġentlom veru u raġel ta’ qalb tajba, kien raġel devot u kollu mħabba, missier ħanin, u nannu […]