Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-Membru Parlamentari Perit Toni Bezzina, sellem il-memorja ta’ żewġt iħbieb tal-qalb tiegħu, li t-tnejn ħallewna llum għall-ħajja ta’ dejjem.
Hu kiteb, “Illum ħallew din id-dinja żewġt iħbieb antiki tiegħi, li dejjem rajt rispett kbir mingħandhom: Joseph Saliba (Żuzu tal-Private) miż-Żurrieq u Rokku Zahra minn Birżebbuġa.”
Żied jgħid, “Kondoljanzi lill-familjari u ħbieb. Sakemm nerġgħu niltaqgħu…”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nżommuhom fit-talb tagħna u nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tagħhom. Jistrieħu fis-sliem u l-paċi, il-memorja tagħhom tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Perit Toni Bezzina