Il-Jum Dinji ta' dawk li jħobbu l-bejken. Jum li jiġi mfakkar u ċċelebrat kull sena fl-20 ta’ Awwissu minn dawk li ma jistgħux jirreżistu r-riħa u t-togħma tal-bejken.
Għal ħafna, il-bejken mhuwiex biss ikel iżda passjoni ta' vera. Dan il-jum huwa opportunità speċjali biex dawk li jħobbu l-bejken jiċċelebraw dan il-laħam distint, li joffri esperjenza gastronomika unika.
Minn sandwiches tal-bejken sa burgers mimlija bil-bejken, u anke riċetti kreattivi bħal cookies u ħlewwiet bil-bejken, il-possibilitajiet huma bla tmiem.
Il-Jum Dinji ta' dawk li jħobbu l-Bejken huwa wkoll ċans għal dawk li jħobbu l-kċina biex jesperimentaw b'riċetti ġodda u jinqdew b’dan l-ingredjent versatili.
Minn hawn u ftit ieħor fil-5 ta' Settembru jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali iddedikat għall-bejken.