Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħabbar li reġa’ beda s-servizz tal-ġbir tal-ħwejjeġ u oġġetti użati mill-bins blu li jinsabu fil-lokalità. Permezz ta’ avviż indirizzat lir-residenti, il-Kunsill ikkonferma li l-ġbir minn dawn il-bins issa reġa’ qed isir, filwaqt li għamel ukoll kjarifika importanti dwar kif jitħaddem is-servizz.
"Ta’ min jiċċara li dan is-servizz huwa operat minn kumpanija privata u mhuwiex servizz ta’ karità," spjega l-Kunsill. Il-ħwejjeġ u l-oġġetti li jitpoġġew f’dawn il-bins jinġabru u jiġu esportati sabiex jiġu riċiklati. B’hekk, minflok jispiċċaw bħala skart fil-landfill, dawn l-oġġetti jingħataw użu ieħor permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ.
Il-Kunsill irringrazzja lir-residenti għall-kooperazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom ikomplu jagħmlu użu responsabbli minn dan is-servizz. "Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom biex inkomplu nnaqqsu l-iskart u nżidu r-riċiklaġġ," temm jgħid il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
ReFab Light Blue Partnership