Illum huwa għeluq snin Frank Zammit, xandar tant popolari f’Malta u Għawdex. Huwa twieled fit-12 ta’ Settembru tal-1983 u għalhekk illum għalaq 38. Frank huwa station manager u preżentatur tal-programmi kemm tat-televiżjoni u kif ukoll tar-radju.
“L-unika ħaġa li tbeżżagħni dwar li qed nikber hija li ma jirnexxilix nagħmel dak kollu fuq il-bucket list tiegħi,” huwa qal.
Frank huwa delettant tas-safar u tal-avventura.
Aħna mit-tim ta’ Gwida nawguraw lil Frank f’dan il-jum speċjali.
Facebook/Frank Zammit/ VibeFM