Ilum l-attur Ġorġ Cortis qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu twieled fil-21 ta’ Diċembru tal-1955 u b’hekk illum qed jiċċelebra għeluq is-70 sena tiegħu. Bosta telespettaturi jibqgħu jassoċjawh mas-sensiela popolari Aħna Aħna Jew M’Aħniex.
Il-mixja artistika ta’ Ġorġ bdiet minn età żgħira ħafna, meta kellu biss 13-il sena, meta tela’ fuq il-palk għall-ewwel darba mal-kumpanija Dun Mikiel Xerri ta’ Ħaż-Żebbuġ.It-talent tiegħu fuq il-palk wasslu biex jikseb ir-rikonoxximent tal-Aqwa Attur f’konkors li kien ittella’ fl-Imġarr.
Matul is-snin ħadem ukoll f’postijiet prestiġjużi bħall-Istitut Kattoliku u t-Teatru Manoel, kif ukoll ma’ MTADA u f’diversi produzzjonijiet fit-teatri tal-irħula. L-imħabba għad-drama tidher li hija parti mill-familja Cortis, hekk kif ħuh il-kbir Joe Cortis huwa wkoll attur magħruf, b’sehem f’għadd ta’ sensiliet drammatiċi li xxandru fuq it-televiżjoni lokali f’dawn l-aħħar snin.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu jum mill-isbaħ!
YouTube / Drama Malta