Illum Uffiċjalment Jingħata Bidu Għall-Istaġun Tax-Xitwa!

Illum nagħtu bidu u nilqgħu l-istaġun tax-xitwa. Fil-21 ta’ Diċembru, astronomikament, jibda l-istaġun tax-xitwa, li jfisser li llum għandna l-iqsar jum tas-sena iżda l-itwal lejl.

Speċifikament, il-jum se jkun twil 9 sigħat u tliet kwarti, u l-lejl se jkun twil 14-il siegħa u kwart. Illum iċ-Ċirku Arktiku (North Pole) se jkun fl-iktar punt imġenneb ‘il bogħod mix-xemx.

It-temp tal-lum huwa wkoll tipiku ħafna għal dan l-istaġun hekk kif ix-xita u r-ragħad huma mistennija aktar tard matul il-ġurnata.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI