Illum hi ġurnata speċjali immens għall-kantanta lokali Eleanor Cassar hekk kif kienet saret omm ta' bintha Krista Maraya. Mument li żgur tibqa' tgħożż ħajjitha kollha u għall-okkażjoni qasmet kelmtejn sbieħ.
"U llum pupa tagħna tagħlaq 10 snin... Nawgurawlek Krista Maraya dak kollu li toħlom u tixtieq... il-Mulej ibierkek u jżomm idejh fuqek għal kull protezzjoni. Inħobbuk ħafna sabiħa tagħna. Ħu gost f'din il-ġurnata speċjali tiegħek. Happy Birthday," kitbet Eleanor.
Awguri mill-qalb Krista Maraya! Jalla tgawdi kull sekonda minn din il-ġurnata speċjali.
Facebook/ Eleanor Cassar