“Inti l-Isbaħ Ħaġa Li Qatt Ġrat Jew Li Qatt Tista’ Tiġri” – L-MP Nigel Vella Jiċċelebra L-Ewwel Sena Ta’ Ibnu Ben

Il-Membru Parlamentari Nigel Vella qasam mument mill-aktar emozzjonanti mal-pubbliku hekk kif illum qed jiċċelebra l-ewwel sena ta’ ibnu, Ben.

F’messaġġ mimli mħabba u gratitudni, Nigel irrakkonta kif sena ilu hu u martu saru ġenituri għall-ewwel darba, u kif minn dakinhar ħajjithom inbidlet kompletament. Huwa ddeskriva lil Ben bħala t-tifel li "sebbaħ u ta l-kulur lill-ħajja tagħna", filwaqt li ma naqasx milli jżid nota ta’ umoriżmu dwar il-fażi kurjuża li għaddej minnha t-tifel.

B’ċajta qal li llum Ben qed, "iżarmalna d-dar biċċa biċċa wara kull operazzjoni ta’ tfittxija intensiva", riflessjoni li żgur ħafna ġenituri jistgħu jidentifikaw magħha.

Il-messaġġ jintemm b’dikjarazzjoni ta’ mħabba mill-aktar sinċiera lejn ibnu, "Ben inħobbuk b’qalbna kollha. Inti l-isbaħ ħaġa li qatt ġrat jew li qatt tista’ tiġri."

Awguri lil Ben fl-ewwel għeluq sninu!

Ritratti:

Facebook / Nigel Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI