Illum is-sebgħa ta’ Frar jagħlaq sninu Mons. Lawrence Gatt, l-eks direttur tad-Dar tal-Providenza. Huwa twielet f’Raħal Ġdid fl-1937 u llum għalaq 85-il sena.
Fl-1954 kien daħal fis-Seminarju tal-Arċisqof biex isir saċerdot u ġie ordnat fl-1962. Huwa kien gradwa mill-Universita Rjali ta’ Malta b’Baċellerat fil-Latin u l-Grieg u l-liċenzja fit-Teoloġija.
Minn Viċi Rettur tas-Seminarju fl-1967 beda l-istudji f’Ruma u sar Kononku fl-Universita tal-Lateran u fil-Pontificia Accademia Ecclesistica. Fl-1971 beda s-servizz tas-Santa Sede fin-Nunzjatura Appostolika fl-Indoneżja u wara fi Spanja u anke fir-Repubblika tal-Kongo.
Fl-1977, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħatru Direttru tad-Dar tal-Providenza wara l-mewt tal-Mons. Mikiel Azzopardi. Gatt dam f’din il-kariga sa’ Settembru 2008.
Mons Lawrence Gatt huwa Kappillan tal-Papa, membru tal-Kapitlu Metropolitan, il-Kappillan Prinċipali tal-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta u membru tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika ta’ Malta. Kien ukoll l-Assistent Ekkleżjastiku tas-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija għal tun ta’ snin.
Barra minn hekk, fl-2020, Mons. Lawrence Gatt ingħata l-Premju Dun Mikiel Azzopardi bħala apprezzament għall-ħidma tiegħu bħala Direttur tad-Dar tal-Providenza. Fit-3 ta’ Marzu 2017 ingħata wkoll il-Grande Croce ‘pro piis meritis’ pro Merito Melitensi mill-Ordni ta’ San Ġwann.
Nawgurawlu jum mill-isbaħ f’għeluq sninu!