Illum Jiġi Ċċelebrat Il-Jum Internazzjonali Tal-Birra – Skuża Tajba Biex Tmur Tieħu Pinta!

Illum, 7 ta’ Awwissu, madwar id-dinja qed jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Birra. Din il-ġurnata tiġi ċċelebrata kull sena fl-ewwel Ġimgħa ta’ Awwissu u għandha l-għan li tlaqqa’ lin-nies flimkien biex igawdu birra fil-kumpanija tal-ħbieb, filwaqt li tiċċelebra wkoll lil dawk kollha li jaħdmu fil-produzzjoni u s-servizz tagħha.

L-ewwel International Beer Day ġie ċċelebrat fl-2007 f’Santa Cruz, Kalifornja, u minn hemm kompla jikber u jinfirex f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. F’Malta, il-birra hija wkoll xarba popolari, partikolarment matul ix-xhur sħan tas-sajf, meta ħafna jagħżlu li jgawduha waqt xi barbecue, festa, ħarġa mal-ħbieb jew ġurnata ħdejn il-baħar.

Għalhekk, għal dawk li jħobbu birra friska, illum għandkom raġuni oħra biex tgawdu pinta jew tnejn – dejjem b’mod responsabbli eh!

Intom liema birra tippreferu?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI