“Parti Kbira Mill-Għelieqi Ta’ Madwaru Ġew Meħuda Minn Żewġ Grawnds Żgħar Tal-Futbol … Parti Oħra Tal-Għelieqi Ġew Miksija Bil-Konkos” – Kappa Vision

Għal darb’ oħra, permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kappa Vision taw ftit informazzjoni dwar post li jinsab f’Malta, din id-darba razzett fuq l-art tal-Universita.

Qalu, “Dan ir-razzett, li jinsab fuq art tal-Università, sa ftit żmien ilu kien għadu mdawwar bl-għelieqi. Bl-iżvilupp tal-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali, parti kbira mill-għelieqi ta’ madwaru ġew meħuda minn żewġ grawnds żgħar tal-futbol. Parti oħra tal-għelieqi ġew miksija bil-konkos u llum jintużaw bħala parkeġġ.”

Żiedu, “Ir-razzett jinsab qrib l-iskate park tal-Imsida, bejn il-pompa tal-petrol u l-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali, eżatt taħt Triq Reġjonali. Il-binja testendi lil hinn minn dak li jidher f’dan ir-ritratt. Tista’ tara ritratt mill-ajru fl-ewwel kumment.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI