“Illum Jum Dedikat Lil Ħaddiema Soċjali, L-Ewwel Qabel Kollox Insellem Lill-Ħaddiema Soċjali Kollha U Nirringrazzjahom Tax-Xogħol Siewi.” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna

Oliver Scicluna jikteb messaġġ dwar il-jum dedikat lill-ħaddiema soċjali fejn isemmi l-ħidma siewja li jagħmlu kontinwament.

“L-ewwel qabel kollox insellem lil ħaddiema soċjali kollha u nirringrazzjahom tax-xogħol siewi tagħhom. Mhux faċli tagħżel din il-professjoni, anzi nemmen li trid tkun dedikat għaliha.”

Oliver ikompli, “Ħaddiem soċjali jaffaċja diversi sfidi iebsa ma’ individwi u familji. Ġieli jkun fil-mira ta’ attakk sempliċiment għax ikun qiegħed jagħmel xogħlu li jipproteġi lill-vulnerabbli waqt li jigwidah.”

Jieħu l-okkażjoni li jirringrazzja lill-ħaddiema soċjali li jaħdmu ma’ Aġenzija Sapport jiġifieri fil-qasam tad-diżabilità. Din il-ħidma u dedikazzjoni hi ta’ għajnuna kbira f’dan is-settur u Oliver jittama li aktar ikunu parti minnha wkoll.

Nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha f’dan il-jum.







Ritratti:

Facebook/ Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI