Bħal għada, erba’ ġimgħat ilu, il-Ministru Michael Farrugia irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 u anke kien spiċċa l-isptar. Fortunatament, il-Ministru Farrugia rkupra minn dan il-virus.
Aktar kmieni llum, Farrugia tefa’ ritratt fuq il-paġna tiegħu fejn deher hu fil-gym u qal li llum kienet l-ewwel ġurnata li seta’ jirritorna lura fil-gym.
“Għadni kif spiċċajt l-ewwel sessjoni u għall-grazzja t’Alla mar kollox sew.”