B’sogħba kbira tħabbret il-mewt ta’ George Spiteri li jibqa’ mfakkar bħalal-ewwel mexxej tal-Malta Philharmonic Orchestra(MPO).
Imwieled fl-20 ta’ Lulju 1935, George Spiteri kien figura ewlenija li ħalla marka importanti fil-qasam kulturali f’pajjiżna. It-tmexxija tiegħu kienet mibnija fuq il-valuri tal-impenn, id-dixxiplina u l-imħabba lejn il-mużika u l-arti u dawn il-prinċipji għenu biex jitpoġġew pedamenti sodi għal dak li llum hu wieħed mill-aktar istituzzjonijiet rispettati f’Malta.
Matul is-snin, Spiteri kien meqjus bħala bniedem ta’ viżjoni u rispett li dejjem emmen fil-potenzjal tal-kultura Maltija u fil-ħtieġa li din tkompli tikber u tiżviluppa. Il-kontribut tiegħu se jibqa’ parti mill-istorja tal-MPO u mill-memorja kollettiva ta’ dawk li kellhom il-privileġġ jaħdmu miegħu jew isegwu l-ħidma tiegħu.
George Spiteri ħalliena fil-5 ta’ Jannar 2026. Il-wirt tiegħu jibqa’ ħaj fil-ħidma li beda u fl-impatt li ħalla fuq ġenerazzjonijiet sħaħ.
Strieħ fis-sliem.🕊️
Facebook/ Malta Philharmonic Orchestra