“Illum Nagħlaq 7 Snin… Kuljum Nagħmel Li Nista’ U Nitbissem Minkejja Kull Sfida” – Iċ-Ċkejkna Kate

Illum iċ-ċkejkna Kate tagħlaq 7 snin. Iċ-ċkejkna ilha għal dawn l-aħħar snin titkellem b’mod regolari fuq il-midja soċjali dwar il-ġlieda tagħha kontra sindromu rari magħruf bħala Tatton Brown Rahmann.

F’għeluq sninha ċ-ċkejkna tistqarr li ta’ kuljum tagħmel li tista’ sabiex minkejja l-isfidi li ssib ma’ wiċċha tibqa’ titbissem u ma taqta’ qalbha qatt.

Issostni li bil-preżenza tagħha fuq il-midja soċjali tittama li jirnexxielha tnissel tbissima wkoll fost dawk li jsegwuha.



Nawguraw l-isbaħ xewqat liċ-ċkejkna!





Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI